Lokali

AĠĠORNATA: Zammit Lewis minflok Owen Bonnici

Dalgħodu jissuktaw il-laqgħat f'Kastilja

Sorsi mill-qalba tal-Gvern ilbieraħ bil-lejl ikkonfermaw li fir-reshuffle tal-Kabinett, il-Ministru Owen Bonnici se jitneħħa minn Ministru tal-Ġustizzja sabiex minfloku jitpoġġa Edward Zammit Lewis.

Kollox qed jindika wkoll li d-deputati Clayton Bartolo, Rosianne Cutajar u Stefan Zrinzo Azzopardi se jingħataw pożizzjoni fil-Kabinett.

Li hu ċert hu, li Chris Cardona (għallinqas skont l-iżviluppi sal-bieraħ bil-lejl) se jibqa’ bla Ministeru. Dan wara li ma aċċettax proposta li għammillu l-Prim Ministru Robert Abela.

Il-Kabinett MHUX UFFIĊJALI skont il-lista li għandu NET NEWS:

Edward Zammit Lewis – Ministru tal-Ġustizzja

Owen Bonnici – Ministru tal-Edukazzjoni

Silvio Schembri – Ministru tal-Ekonomija

Clayton Bartolo – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji

Julia Farrugia – Ministru tat-Turiżmu

Evarist Bartolo – Ministru tal-Affarijiet Barranin

Justyne Caruana – Ministru għal-Għawdex

Byron Camilleri – Ministru tal-Intern

Rosianne Cutajar – Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi

Chris Fearne – Ministru tas-Saħħa