Lokali

Abela jordna biex l-affarijiet impoġġija fuq il-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia ma jitneħħewx

Il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara li għadda ordni biex is-sit użat fil-Belt biex ix-xemgħat, fjuri u oġġetti oħrajn li jitpoġġew fis-sit fejn qed titfakkar il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia ma jitneħħewx kulmeta ssir xi vġili jew attività oħra.

Abela għadda dan il-kumment waqt laqgħa mat-tmexxija tal-Knisja Maltija wara li fix-xhur li għaddew, il-Ministru Owen Bonnici kien ammetta li kien ikun hu stess li jordna biex l-affarijiet li jitpoġġew b’tifkira jitneħħew.