L-eks Ministru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona mistenni jħalli x-xena politika. Rapporti differenti fil-media jgħidu li kien Cardona li rrifjuta post fil-kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela.
Mal-ġurnal Malta Today Chris Cardona ikkonferma li ma riedx rwol ministerjali iżda se jiffoka iktar fuq xogħol f’livell ta’ partit. Min-naħa l-oħra, il-portal Lovin Malta qed isostni li Chris Cardona se jħalli għal kollox ix-xena politika. Dan wara li skont l-istess portal, Cardona sab impjieg ma’ operatur ewlieni fl-industrija tal-farmaċewtika.
Jekk dan hu l-każ, dan se jfisser li mhux biss se jkun hemm elezzjoni każwali għal post Cardona fil-Parlament, iżda wkoll elezzjoni oħra għal Deputat Mexxej tal-PL, ftit jiem biss wara li l-PL għadda minn elezzjoni ta’ Mexxej li ħalliet qasmiet kbar fil-partit.
//= $special ?>