Lokali

€10,000 miġbura mil-Universita’ ta’ Malta

L-Universita’ ta’ Malta rnexxiela tiġbor €10,000 biex tgħin lil min hu fil-bżonn. Il-flus inġabru waqt attivita’ li ssir ta’ kull sena f’Diċembru, attivita’ bl-isem ta’ Christmas on Campus u li għaliha jipparteċipaw l-istdenti u anke ħaddiema tal-Universita’ ta’ Malta.

Fi stqarrija l-Universita ta’ Malta qalet li l-attivita’ bdiet fid-9 ta’ Diċembru. Fost l-inizjattivi biex jinġabru l-fondi kien hemm dik ta’ Park and Donate fejn l-istudenti ntalbu joffru €1 jekk fis-17 ta’ Diċembru kienu se jipparkjaw il-karozza tagħhom fil-kampus tal-Universita’.

Il-flus miġbura ġew ippreżentati lill-Istrina u lid-Dar tal-Providenza.