Lokali

€7 miljuni għall-karità

€7 miljun mill-ismha tal-PG Group ser jingħataw lil għaqdiet tal-karità f’Malta.

Din l-għotja qed issir minn Paul Gauci, is-sid tal-maġġoranza tal-ismha tal-imsemmija kumpanija, li kompla fuq aktar donazzjonijiet li kien għamel f’Lulju li għadda lill-Caritas u lid-Dar tal-Providenza.

Minn din id-donazzjoni, se jgawdu Puttinu Cares, Dar Bjorn, L-Ursolini, Malta Trust Foundation u l-Fondazzjoni Sebħ, grazzi għall-inizzjattiva ta’ PG Group bl-isem ‘Caring for our Community’.

Il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, Chairperson tal-Malta Trust Foundation, irringrazzjat lil Paul Gauci u l-familja tiegħu għal dan il-ġest sabiħ li permezz tiegħu qed issir differenza kbira fil-ħajja ta’ tfal u żgħażagħ vulnerabbli.