Ekonomija Ewropa Kummerċ Lokali

Il-prezz tad-djar qed jiżdied ferm aktar mill-medja tal-UE

Fuq perijodu ta’ sena l-prezz tal-proprjeta’ żdied b’rata ta’ 5.8 fil-mija.

Dan kien konfermat min ċifri li ppubblika llum il-Eurostat – l-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika.

Ir-rapport juri li fil-perijodu Lulju-Settembru, il-prezz tal-proprojeta’ kompla jara qabża l-fuq. Dan anke meta wieħed jikkompara mat-tieni kwart tas-sena, fejn il-prezz żdied b’rata ta’ 2.9 fil-mija.

Jekk wieħed iqabbel perijodu ta’ 12-il xahar, iż-żieda medja fl-UE kienet ta’ 4.1 fil-mija, illi jfisser li f’pajjiżna l-prezz tal-proprjeta’ żdied b’rata ferm ogħla.