Knisja Lokali

Il-Prim Ministru f’laqgħa mat-tmexxija tal-Knisja f’Malta

L-Arċisqof Monsinjur Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Monsinjur Joseph Galea-Curmi ltaqgħu mal-Prim Ministru Robert Abela fid-Dar tal-Kleru, f’Birkirkara.

Fi kliem Monsinjur Scicluna, f’dan il-post, il-Knisja ssarraf kliemha f’għemil ta’ solidarjetà u kura lis-Saċerdoti li taw ħajjithom għall-poplu.

Il-Kap tal-Knisja f’Malta u l-Prim Ministru rreċiprokaw l-impenn taż-żewġ naħat li jkunu ta’ sostenn totali u ta’ koperazzjoni. B’hekk, ikunu sinjal ta’ tama għall-poplu.