Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela mistoqsi dwar l-abort, il-living wage u l-governanza

Intervistat minn Reno Bugeja waqt il-programm Dissett, il-Prim Ministru Robert Abela qal li jekk Joseph Muscat se jkun qed jikkampanja favur se jkun qed isib lilu bħala Prim Ministru kontra. Dikjarazzjoni illi turi li kemm il-Prim Ministru u anke l-Kap tal-Oppozizzjoni, ghandhom l-istess pozizzjoni fejn jidhol l-abort.

Temi oħra li dwarhom kien mistoqsi l-Prim Ministru Robert Abela kienu l-living wage u l-governanza tajba .

Dwar il-governanza tajba, Robert Abela qal li kien hemm mumenti taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat li din falliet.

Semma kif hu ma kienx komdu li f’Kastilja kien hemm uffiċċju għan-nies ta’ Nexia BT – il-kumpanija li fethet il-kumpaniji sigrieti fil-Panama ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.

U dwar il-Living wage, li kienet wegħda ta’ gvern laburista, Robert Abela qal li ma jistax jikkometti ruħu.

Matul l-intervista f’Dissett, il-Prim Ministru Robert Abela m’għamilx referenza għat-tibdil li qal li hemm bżonn isir fl-istazzjon tal-istat.