Il-Prinċep Harry, jew Duka ta’ Sussex, ħa sehem fl-ewwel avveniment pubbliku — bħala rappreżentant tal-monarkija Britannika — mindu hu u martu, Meghan, ħabbru li se jieħdu pass lura mid-doveri rjali.
Il-Prinċep ħa b’idejn it-tfal fil-ġonna tal-Palazz ta’ Buckingham f’Londra, qabel ħa sehem fit-tlugħ tal-poloz għat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby tal-2021 li se ssir fl-Ingilterra. Hu ltaqa’ wkoll mar-rappreżentanti tal-pajjiżi li għaddew għall-kompetizzjoni
Id-Dukessa ta’ Sussex, Meghan, bħalissa tinsab il-Kanada ma’ binhom, Archie, iżda Harry għandu jibqa’ fir-Renju Unit fejn irid jattendi xi laqgħat il-ġimgħa d-dieħla.
Nhar it-Tnejn, saru taħditiet li kienu jinvolvu lir-Reġina Eliżabetta, Harry u d-Duka ta’ Cambridge biex jiddiskutu l-futur ta’ Harry u Meghan.
Wara t-taħditiet fil-Palazz ta’ Sandringham, ir-Reġina ħarġet stqarrija fejn qablet max-xewqa tad-Duka u d-Dukessa biex iwarrbu bħala ‘membri ewlenin tal-Familja Rjali’ u jqattgħu ħinhom fir-Renju Unit u l-Kanada, fejn se jimpenjaw ruħhom biex isiru indipendenti minn lat finanzjarju.
//= $special ?>