Lokali

Jitwaqqaf kumitat dwar il-Governanza li jinkludi lil Owen Bonnici

Il-Gvern waqqaf kumitat tal-Kabinett dwar il-Governanza. Stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni tgħid li dan il-Kumitat għandu jieħu rendikont tal-miżuri li diġà twettqu u dawk li għad iridu jitwettqu, ibbażat fuq ir-rapporti li saru mill-Kummissjoni Venezja u mill-GRECO, u fil-kuntest ta’ taħditiet li diġà kien hemm fil-kumitat immexxi mill-President tar-Repubblika dwar tibdil Kostituzzjonali.

Il-Kumitat se jkun ippresedut mill-Ministru responsabbli mill-Ġustizzja Edward Zammit Lewis u se jkun magħmul mill-Ministru responsabbli mill-Intern Byron Camilleri, l-eks Ministru tal-Ġustizzja (illum Ministru tal-Edukazzjoni) Owen Bonnici, is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju tal-Kabinett Mario Cutajar.

Ikkummenta