Mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena ‘l hawn żdiedu l-ispejjeż għal min jimporta jew jesporta l-prodotti tiegħu. Żidiet li huma mistennija jkunu riflessi fil-prezzijiet tal-prodotti importati f’pajjiżna.
Dan hekk kif skada ż-żmien għall-linji tal-vapuri kummerċjali biex jibqgħu jużaw fuel b’kontenut ta’ sulphur għoli. L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali sitt snin ilu tat żmien sal-31 ta’ Diċembru tal-2019 sabiex inaqqsu l-livell ta’ sulphur fil-fuel minn 0.5% għal 0.1%.
Esperti fil-qasam li tkellmu ma’ Net News spjegaw kif il-proċess tar-raffinar tal-fuel biex jonqos il-livell tas-sulphur ifisser li l-fuel jinxtara bi prezz ogħla. Dan, skont l-istess esperti, se jwassal għal żidiet f’dawk li huma spejjeż fl-importazzjoni u fl-esportazzjoni ta’ bejn 6% u 8%.
Din il-bidla mill-użu ta’ fuel b’kontenut ta’ sulphur ta’ 0.5% għal 0.1% qed issir biex il-linji jkunu konformi mal-liġi tal-ambjent.
//= $special ?>