Lokali

L-ewwel laqgħa tal-Kabinett Abela

Il-Kabinett tal-Prim Ministru Robert Abela, l-ikbar Kabinett fl-istorja ta’ Malta, matul il-ġurnata tal-Ħamis beda b’mod uffiċjali l-ħidma tiegħu hekk kif tlaqqa’ f’Kastilja għall-ewwel darba.

Il-membri tal-Kabinett, friski mill-ħatra tagħhom dehru deħlin f’Kastilja l-Ħamis filgħodu.

Filwaqt li fih, dan il-Kabinett għandu uċuħ ġodda, nieqsa minn din il-laqgħa kien hemm Anthony Agius Decelis, Glenn Beddingfield, Chris Cardona, Manwel Mallia, Joe Mizzi, Konrad Mizzi, Joseph Muscat u Anton Refalo… b’dan tal-aħħar b’mod apert fuq Facebook wera li diżappunt ċar li mhuwiex parti mil-lista ta’ Robert Abela.

Intant, hu u dieħel f’Kastilja għal din l-ewwel laqgħa, il-Prim Ministru ddikjara li m’għandux problema jattendi għal dibattitu fuq it-televiżjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.