Lokali

Rumen jaqa’ sular u jweġġa’ gravi

Ritratt: Martin Agius

Rumen ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Baħar, sofra ġrieħi gravi f’inċident li seħħ dalgħodu f’Ħ’Attard.

Jirriżulta li r-Rumen waqa’ sular. L-inċident seħħ fi Triq Dun Mikiel Xerri f’ Ħ’Attard għall-ħabta tad-9am. Skont il-Pulizija r-raġel kien qed iżarma xi affarijiet meta żelaq u waqa’

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta’ l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-distrett ta’ Birkirkara għadhom għaddejjin