“6 Days of Giving” – jew sitt ijiem ta’ għotja. Hekk kien jisimha l-inizjattiva ta’ grupp mill-Malta Property Auctioneers imħejji bil-għan li jgħinu lil min m’għandux saqaf fuq rasu.
L-inizjattiva kienet tagħmel parti mil-profil tar-respnsabilitajiet soċjali tal-grupp.
Sarah De Cesare Dunkerley li tkellmet f’isem il-grupp qalet li tul is-snin, il-Malta Property Auctioneers għenu eluf ta’ persuni jsibu d-djar tagħhom, iżda jafu wkoll li mhux kulħadd għandu l-lussu ta’ saqaf fuq rashom. Din l-inizjattiva pprovdiet opportunità biex jgħinu lil uħud minn dawn in-nies b’mod li mhux soltu jagħmlu.
Il-Malta Property Auctioneers ingħaqdet ma’ għadd ta’ organizzazzjonijiet f’xogħol ta’ kura u sapport għal min m’għandux saqaf fuq rasu.
Huma żaru id-Dar Tal-Providenza, il-YMCA, iċ-Ċentru taż-Żgħażagħ tas-Sależjani, il-Caritas f’San Blas, u t-Tomasina Cat Sanctuary u għenu fit-tisjir, ix-xogħol ta’ ġardinaġġ, tindif u aktar.
Il-Malta Property Auctioneers għamlu wkoll appell lill-pubbliku u ġabru donazzjonijiet fl-uffiċini tagħhom f’Ta’Xbiex li tqassmu lill-organizzazzjonijiet waqt iż-żjara tagħhom għandhom.
//= $special ?>