Lokali

Stennija għall-ewwel dibattitu bejn Adrian Delia u Robert Abela

Muscat kien għamel żmien twil jevita dibattitu dirett mal-Kap tal-Oppożizzjoni

Wara li konna drajna lill-Prim Ministru Muscat jevita d-dibattiti mal-Kap tal-Oppożizzjoni, issa jidher li l-affarijiet se jkunu kemmxejn differenti. Dan hekk kif dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela qal li lest jiddibatti mal-Kap tal-PN Adrian Delia.

Abela ikkonferma dan wara domanda li saret minn Net News, ftit qabel saret l-ewwel laqgħa tal-Kabinett dalgħodu f’Kastilja, għalkemm ma tax data meta dan id-dibattitu jista’ jsir.

Il-Prim Ministru qal ukoll li lest ipoġġi għal intervista ma’ Net News jekk issir talba formali.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.