Lokali

Glenn Bedingfield huwa il-Whip tal-Gvern; Fearne konfermat Leader of the House

Glenn Bedingfield

Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield huwa il-Whip il-ġdid tal-Gvern hekk kif Byron Camilleri, li kien il-Whip sa ftit jiem ilu, issa inħatar Ministru tal-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

Bedingfield kien ġurnalista mas-Super One u eventwalment Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Laburista.

Hu kien elett fil-Parlament Malti fl-2017 u sa issa kien backbencher.

Intant id-deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Fearne ġie kkonfermat bħala l-Leader of the House.