Sport Sport Ieħor

Carlos Sainz jaċċerta mir-rebħ tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba

(Ritratt: EPA)

Carlos Sainz aċċerta mir-rebħ tat-tielet titlu fir-Rally ta’ Dakar wara li beda l-aħħar stadju tal-bieraħ fil-quċċata. Hu rebaħ ukoll dan it-titlu fl-2010 u fl-2018 fl-Amerika ta’ Isfel meta kien ma’ Volkswagen u Peugeot rispettivament. Hu spiċċa sitt minuti u 21 sekonda qabel l-eks champion Nasser al Attiyah.

Id-darbtejn rebbieħ tal-Formula 1 Fernando Alonso, fl-ewwel esperjenza tiegħu fir-Rally ta’ Dakar temm fit-tlettax-il post fil-klassifika ġenerali. Stèphane Peterhansel, rebbieħ tar-rally tlettax-il darba, temm mal-ewwel tlieta fil-31 parteċipazzjoni tiegħu fir-Rally.

Mis-sezzjoni tal-muturi r-rebbieħ kien Ricky Barbec ta’ Honda biex sar l-ewwel sewwieq Amerikan li rebaħ din il-kategorija. F’din l-edizzjoni sfortunatament tilef ħajtu Paulo Goncalves li miet f’inċident sfortunat il-Ħadd li għadda.

Kif spiċċaw it-12-il stadju: 1. Nasser Al-Attiyah (1:17.30), 2. Yasir Seaidan (+1.32), 3. Orlando Terranova (+3.16), 4. Fernando Alonso (+3.25), 5. Stèphane Peterhansel (+3.31), 6. Carlos Sainz (+3.56), 7. Giniel de Villiers (+4.31), 8. Bernhard ten Brinke (+4.40), 9. Yazeed Al Rajhi (+5.09), 10. Mathieu Serradori (+5.45)

Klassifika Finali: 1. Carlos Sainz (42:59.17), 2. Nasser Al-Attiyah (+6.21), 3. Stèphane Peterhansel (+9.58), 4. Yazeed Al Rajhi (+49.10), 5. Giniel de Villiers (+1:07.09), 6. Orlando Terranova (1:12.15), 7. Bernhard ten Brinke (1:18.34), 8. Mathieu Serradori (1:59.21), 9. Yasir Seaidan (3:42.17), 10. Wei Han (3:51.07)