Lokali Saħħa

Celia Falzon tinħatar CEO tal-Isptar Mater Dei

Celia Falzon ġiet appuntata bħala designate Chief Executive Officer tal-Isptar Mater Dei.

Celia Falzon fil-preżent hi CEO tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek. Hi għandha Master’s fl-Amministrazzjoni tan-Negozju (Business Administration) li jispeċjalizza fi pjanar strateġiku.

Falzon ilha involuta fil-qasam tas-saħħa pubblika sa mill-2014. Fosthom fit-taqsima tal-emerġenza u inizjattivi dwar listi ta’ stennija.

Ivan Falzon, is-CEO attwali tal-isptar Mater Dei se jkun qed iħalli l-kariga fi Frar. Huwa kien ilu jokkupa l-kariga ta’ CEO ta’ Mater Dei sa mill-2014.