Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ma kienx preżenti għar-riċeviment annwali li jorganizza l-Gvern għall-membri tal-Korp Diplomatiku. Dan hekk kif illum, il-Prim Ministru sellem lill-ambaxxaturi għall-ħidma li jwettqu f’pajjiżna.
Iżda lil hinn mill-awguri, spikkat xi ħaġa mhux tas-soltu – konverżazzjoni li kienet għaddejja bejn il-Ministri Edward Scicluna u Evarist Bartolo, li fuq l-ispeakers inqabdu jitkellmu apertament kontra l-Ministru Chris Fearne.
Kliemhom kien ċar u ma iddejqux jgħidu li Fearne “qed jagħmel kontra ta’ dak li wiegħed, u qed jurina x’inhu”

IS-SEKWENZA TA’ KIF ĠRAW IL-FATTI:
Sala tal-Ambaxxaturi: Jidħol Robert Abela, li jintlaqa’ b’applaws mill-Korp Diplomatiku
Sala tal-Ambaxxaturi: Is-sistema tal-audio tinżamm miftuħa
Evarist Bartolo u Edward Scicluna: [dwar Chris Fearne] “ma fehem xejn hux, egoist. Robert qed jipprova imma hu għalxejn għax kiesaħ”
Evarist Bartolo u Edward Scicluna: [sal-ponta ta’ mneħirna] “…konna qed negħrqu”
Sala tal-Ambaxxaturi: Malli ta’ Kastilja ndunaw li s-sound miftuħ…tiġi persuna mill-OPM twaqqafhom
