Edukazzjoni Lokali

L-għalliema u l-ġenituri mħassba dwar is-sitwazzjoni fl-iskola Primarja ta’ San Ġwann

Numru ta’ ġenituri li kkuntatjaw lil Net News esprimew it-tħassib tagħhom minħabba s-sitwazzjoni li jinsabu fiha l-klassijiet li fihom jattendu t-tfal tal-Kindergarten.

Huma qed jgħidu li fil-klassijiet hemm ħafna ħmieġ, u spiċċaw inaddfu flimkien mal-għalliema.

L-għalliema minn naħa tagħhom ma ridux idaħħlu lill-istudenti fil-klassijiet qabel ma jassiguraw li dawn ikunu nodfa.

Il-ġenituri li tkellmu ma’ netnews.com.mt qalu li din hi sitwazzjoni inaċċettabbli.