Lokali

“Għandna dover li naħdmu biex nirritornaw għan-normalità fil-pajjiż” – Adrian Delia

“Ilkoll kemm aħna għandna nagħmlu l-almu tagħna biex pajjiżna jgawdi l-ħarsien tal-istituzzjonijiet u l-protezzjoni tar-reputazzjoni tagħna.”

Waqt riċeviment għall-ġurnalisti u raprezentanti tal-unions u l-korpi kostitwiti, Adrian Delia rringrazzjahom għall-ħidma tal-aħħar ġimgħat fi żmien xejn faċli ghall-pajjiz. Qal li kull wieħed u waħda minnha għandu jkun protagonist biex pajjiżna jmur lura għan-normalità. Ir-responsabbiltà hi ta’ kulħadd, u mhux tal-politiċi biss.

U huwa propju għalhekk li l-Partit Nazzjonalista ħareġ 15-il proposta konkreta u reali intiża għall-ħarsien tas-separazzjoni tal-poteri u s-saltna tad-dritt.

Id-dokument Riforma u Tiġdid li jinkludi il-15-il proposta jiffoka fuq il-hatra tal-President tar-Repubblika, Qrati li jispiraw fiduċja, Parlament li jilleġisla u jiskrutinja b’mod awtonomu, Awtoritajiet u istituzzjonijiet b’garanzija ta’ indipendenza, Avukat Ġenerali b’garanzija ta’ indipendenz, Forzi dixxiplinati, indipendenti u tajbin, Awditur Ġenerali li jifli kollox u fil-ħin…u diversi ideat ohra li diga’ gibdu reazzjonijiet pozittivi mill-Korpi Kostitwiti.

Adrian Delia appella wkoll biex kull membru tas-soċjetà jistinka wkoll favur azzjoni dwar l-emerġenza fil-klima, li qal li hi priorità li hemm bżonn tiġi indirizzata. Għar-riċeviment attendew ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, u l-President tal-Eżekuttiv, id-deputat Carm Mifsud Bonnici.