Futbol Sport

Gowl f’nofs it-tieni taqsima jrebbaħ lit-Turkija

(Ritratt: Joe Borg)

MALTA………. 1

TURKIJA……. 2

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa kien megħlub mit-Turkija 2-1 f’partita ta’ ħbiberija fis-Centenary Stadium. It-tim immexxi minn Mark Gatt kien ġej minn draw ta’ 2-2 kontra l-Iżvizzera, f’partita oħra ta’ ħbiberija li ntlagħbet it-Tlieta li għadda.

It-Turkija, li tinsab fid-69 post fir-rankings tal-FIFA, fetħet l-iskor fid-29 minuta b’daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Esra Wrol. Reazzjoni mit-tim Malti li fl-40 minuta ġab id-draw b’xutt ta’ Haley Bugeja li b’hekk skorjat l-ewwel gowl mat-tim nazzjonali Malti.

Bugeja kważi poġġiet lil Malta fil-vantaġġ ftit wara b’xutt li kien salvat mill-gowlkiper avversarja. Il-gowl tar-rebħa għat-Torok wasal fil-65 minuta b’gowl ta’ Kader Hancar mill-viċin.

(Ritratt: Joe Borg)