Lokali Qorti

Immigrant mixli li kellu x’jaqsam fi ħruq ta’ karozza lussuża

Immigrant Libjan li jgħix fiċ-ċentru miftuħ tal-Ħal Far ġie mixli quddiem il-Maġistrat Nadine Lia li kellu x’jaqsam fil-ħruq ta’ karozza lussuża li ngħatat in-nar f’Novembru li għadda fil-Belt Valletta.

Allegatament Ateri Ahmed Alfurjani ta’ 45 sena kien il-persuna li ħa ħsieb iġib il-‘fuel’ li ntuża biex tinħaraq karozza tat-tip Mercedes. Huwa kien mixli b’kompliċità li wettaq dan ir-reat.

Alfrujani wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih filwaqt li l-Avukat Difensur tiegħu Mark Mifsud Cutajar, bħala Avukat tal-Għajnuna Legali m’għamilx talba għal libertà proviżorja u għalhekk baqa’ miżmum taħt arrest preventiv. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Scicluna.