Internazzjonali

Imut Christopher Tolkien – “Dak li xerred il-kotba ta’ Lord of the Rings”

Christopher Tolkien, iben l-awtur tal-kotba serje ta’ The Hobbit u The Lord of The Rings JRR Tolkien, miet ilbieraħ fl-età ta’ 95 sena.

Christoper Tolkien kien dak li ħadem biex il-kitba u x-xogħol ta’ missieru jkunu mxerrda, filfatt kien b’hekk li nħaddmu l-films popolari ta’ The Lord of the Rings u The Hobbit.

Hu infatti jibqa’ mfakkar għal ħidma mhux biss għal aktar għarfien tal-kitba ta’ missieru, iżda wkoll bħala dak li pinġa l-mapep li jinsabu fl-istess kotba.

Tolkien twieled f’Leeds fl-Ingilterra fl-1924.