Persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li s-sitwazzjoni fl-Isptar Mater Dei saret waħda tal-biża’. Dan hekk kif minħabba li ninsabu fl-istaġun tal-influwenza, qed ikun hemm influss qawwi ta’ pazjenti.
Dan bil-konsegwenza qed ikompli jippersisti n-nuqqas ta’ sodod f’Mater Dei.
Konferma ta’ dan kollu huwa ritratt li wasal għand net news li juri li bħalissa għaddej xogħol biex il-kuritur ta’ ħdejn il-Medical Imaging Deparment jinbidel f’sala temporanja biex takkomoda lil dawn il-pazjenti.
Apparti dan kienu diversi nies li lmentaw dwar il-fatt li waqt li damu jsitennew l-Emerġenza għal sigħat twal, lanqas biss kellhom siġġu fejn ipoġġu.
Nies li tkellmu magħna qalulna li saħansitra damu madwar ħames sigħat jistennew biex isirilhom x-ray, biex imbagħad jispiċċaw jintbagħtu d-dar mingħajr lanqas biss jinvistahom tabib.
//= $special ?>