Lokali

It-tibdil fil-klima jibqa’ prijorita’ – Il-Kap tal-PN Adrian Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia laqa’ fid-Dar Ċentrali lill-Ambaxxaturi, Konsli u dinjitarji oħra li jiffurmaw parti mill-Korp Diplomatiku f’pajjiżna awgurji li jinghataw kull sena…. għas-sena li tkun ghadha kif bdiet.

Fid-diskors li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista semma’ diversi kwistjonijiet mhux biss li jaffetwaw direttament ir-relazzjoni ta’ pajjiżna ma’ pajjiżi oħra imma anke dwar kwistjonijiet ta’ tħassib serju internazzjonali bħal ma hi t-tibdil fil-klima.

Adrian Delia qal li hemm bżonn ta’ miżuri serji biex niġġieldu t-tibil fil-klima għaliex ċertu effetti d-dinja qed tesperjenzhom issa. Kien hawn fejn semma l-impenn li l-Unjoni Ewropea trid kompli tenforza.

Tema oħra li semma l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fid-diskors tiegħu kienet dik tal-immigrazzjoni u kif Malta ma tistax taffaċċja l-kriżi fil-Mediterran waħedha. Hawn hu għamel referenza għall-kriżi dwar is-sitwazzjoni fil-Libja u kif bħala Partit Nazzjonalista qed iżomm ruhu aġġornat dwar dak li għaddej fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq.

Adrian Delia tkellem wkoll dwar kif anke matul din is-sena l-Partit Nazzjonalista se jkompli jiġġieled il-bżonn li jkollna governanza tajba f’pajjiżna sabiex il-Partit Nazzjonalista jassigura tmexxja nadifa tal-pajjiż.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien akkumpanjat mid-deputati Claudette Buttigieg, Kristy Debono u Carm Mifsud Bonnici …kif wkoll mill-Viċi Kap tal-Partit għall-ħidma Parlamentari David Agius u Roslyn Borg Knight Segretarju Internazzjonali ta-Partit Nazzjonalista.