Lokali

Jirriżenja l-Kummissarju tal-Pulizija

Il-Kummissarju Laurence Cutajar irreżenja b’mod immedjat mit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela f’kummenti lill-media.

Il-Pulizija se tkun qed titmexxa minn Carmelo Magri bħala Aġent Kummissarju.

Robert Abela qal li fil-Kabinett se jipproponi metodu ġdid għall-għażla ta’ Kummissarju ġdid.

Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru Byron Camilleri.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

L-eks Kummissarju tal-Pulizija Laurence Cutajar