Ekonomija Kummerċ

KUMMISSJONI EWROPEA: Tonqos b’mod sinifikanti l-fiduċja fis-settur tas-servizzi u fost il-bejjiegħa

Id dejn tal Gvern għalaq ix xahar f’livell ogħla meta mqabbel ma’ Ottubru 2019

Il‑livell tal‑Indiċi tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta rigward il‑Kundizzjonijiet tan‑Negozju għal Diċembru qed jissuġġerixxi li l‑attività kompliet tikber fl‑aħħar xhur, għalkemm b’ritmu inqas mgħaġġel.

L‑Indikatur tas‑Sentiment Ekonomiku tal‑Kummissjoni Ewropea għal Diċembru niżel ukoll taħt il‑medja storika, bil‑fiduċja tonqos b’mod sinifikanti fis‑settur tas‑servizzi u fost il‑bejjiegħa, u b’mod inqas fis‑settur tal‑kostruzzjoni. Min‑naħa l‑oħra, kien hemm titjib fis‑sentiment fost il‑konsumaturi.

Ir‑rata tal‑qgħad aġġustata għall-effetti staġjonali kienet fil‑livell ta’ 3.5% f’Novembru, marġinalment ogħla mir‑rata ta’ 3.4% rreġistrata fix‑xahrejn ta’ qabel.

Diversi rapporti ilhom xhur jagħtu indikazzjonijiet persistenti li din is-sena se toffri sfidi kbar għall-ekonomija Maltija.