Permezz ta’ post fuq Facebook, Salv Sammut, eks President tal-GWU ħadha qatta bla ħabel, kontra kliem li qalet l-eks MEP Laburista Claudette Abela Baldacchino fuq is-Super One.
Huwa tenna li Baldacchino żbaljat meta qalet li l-vera għeruq Laburista huma dawk li “batew matul il-ħamsa u għoxrin sena tal-Gvern Nazzjonalista”. Sammut kompla billi qal li l-vera għeruq Laburista huma dawk iż-żgħażagħ soċjalisti tas-snin sittin li żamew il-veru ideal Laburista.
“Illum ninsabu skartati u mwarrba għax il-musmar il-ġdid qala’ l-qadim.”
Huwa kompla billi qal li l-vera Laburisti ma kellhomx ħtieġa li jxerrdu l-pornografija biex jissejħu suldati tal-azzar.
Sammut kompla jinsisti li kieku ma kienux iż-żgħażagħ Laburista li llum anzjani, kieku żgur il-Partit Laburista qatt ma kien jkun fil-Gvern. Huwa qal li llum dawn l-istess nies jinsabu skartati, u mwarrba, “għax il-musmar il-ġdid qala’ l-qadim”.
//= $special ?>