Nistghu nikkonfermaw li Mario Cutajar se jżomm postu bħala Kap taċ-Ċivil u Segretarju tal-Kabinett tal-Gvern.
Mario Cutajar huwa l-istess persuna li f’Diċembru li għadda kien stqarr li Melvin Theuma, il-middle man fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, ma kienx ġie impjegat mas-settur pubbliku. Wara, il-programm Xarabank kien żvela li fil-verità….Melvin Theuma kien iddaħħal jaħdem ma’ entità governattiva.
Filwaqt li Robert Abela għażel li jbiddel liċ-Chief of Staff u dahhal lil Clyde Caruana, fil-każ tal-pożizzjoni ta’ Kap taċ-Ċivil, il-Prim Ministru għażel li jżomm lil Mario Cutajar.
//= $special ?>