Lokali

Serqa minn spiżerija fl-Iklin

Arkivji
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post

Raġel mgħammad u allegatament b’arma li taqta’ u bil-ponta rnexxielu jwettaq serqa ta’ ammont ta’ flus kontanti minn spiżerija fl-Iklin. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.15pm fi Triq Geronimo Abos.

Fl-ispiżerija f’dak il-mument kien hemm żewġ nisa ta’ 42 u 25 sena.

Skont l-ewwel stħarriġ li għaddewlna l-Pulizija jirriżulta li r-raġel talab il-flus lill-ispiżjara u mumenti wara ħarab minnufih mill-post. Fortunatament jidher ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli qed tmexxi l-inkjesta li ġiet appuntata.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.