Edukazzjoni Lokali

Talba mill-UPE għal laqgħa ma’ Owen Bonnici

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Union tal-Edukaturi Professsjonali, il-UPE, ferħet lill-Ministru l-ġdid tal-Edukazzjoni Owen Bonnici. Filwaqt li rringrazzjat lill-Ministru Evarist Bartolo, għas-servizz tiegħu.

B’Ministru ġdid għal dan il-qasam, il-UPE saħqet li dan iġib aspettattivi ġodda. Għalhekk l-Union tispera li Owen Bonnici jaħdem minn qalbu f’dan is-settur.. settur li huwa tant għal qalb l-edukaturi ta’ pajjiżna.

Huma talbu laqgħa mal-Ministru Owen Bonnici sabiex mill-aktar fiss jiġu indirizzati l-isfidi li qed jaffaċċja dan is-settur.

Dan hekk kif f’dawn l-aħħar snin rajna diversi problemi li affaċċja dan is-settur minħabba nuqqas ta’ ippjanar serju min-naħa tal-Gvern…. fosthom in-nuqqas ta’ għalliema u l-wegħda li ma twettqitx ta’ skola ġdida kull sena… b’konsegwenza li kellhom jintużaw containers bħala klassijiet.


Dan apparti l-problema li għandna f’pajjiżna fir-rigward tal-ammont ta’ studenti li jitilqu mill-iskola kmieni…. fejn fl-Ewropa għandna fost l-ogħla rata ta’ early school leavers.

Intant l-UPE qalet li għandu jkun żgurat li din il-union ma tkunx diskriminati għax finalment l-għan aħħari tagħha huwa li tħares l-interess tal-edukaturi ta’ pajjiżna li jaħdmu qatigħ biex isawru lill-istudenti ta’ pajjiżna.

Tags