Lokali

Wara li ġie sfiduċjat minn sħabu, Muscat issa se jittanta xortih fil-futbol

L-eks mexxej Laburista Joseph Muscat kellu diskussjonijiet mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol biex jinvolvi ruħu fi proġett li permezz tiegħu tim Malti jikkompeti fis-Serie Ċ tal-Italja.

Jidher li fl-aħħar jiem kien hemm laqgħat bejn Muscat u uffiċjali tal-MFA, jiem wara li, fl-aħħar diskors tiegħu, Joseph Muscat iddikjara li se jkollu rwol attiv fl-amministrazzjoni sportiva lokali.

Il-Ġimgħa, fil-jum li ħarġet din l-aħbar, l-MFA ipprezentat lill-kowc gdid tat-tim nazzjonali, izfa l-President tal-MFA Bjorn Vassallo għamilha ċara li ma xtaqx jitkellem dwar suggetti ohra.P

Dan fid-dawl li s’issa, il-klabb Malti fl-Italja għadu lanqas ġie approvat.

Fl-aħħar ġimgħat ħarġu wkoll xnigħat li Joseph Muscat xtara postu f’din l-inizjattiva tal-MFA, billi allegatament qassam miljuni f’fondi mill-bejgħ tal-passaporti biex ikun finanzjat dan il-proġett.

Din il-mossa ta’ Joseph Muscat tasal wara li kellu jirriżenja mill-kariga ta’ Prim Ministru hekk kif tilef il-fiduċja interna tal-Kabinett.

Kawża tal-iskandli qrib Kastilja, b’rabta mal-assassinu ta’ Daphne Caruana Galizia, lil Muscat fallielu wkoll il-pjan li jieħu kariga għolja fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Intant, hafna nies involuti fl-isport jinsabu urtati ghall-fatt li l-PM Robert Abela naqas milli jpoggi Ministru responsabbli specifikament mill-Isports.