Lokali

Barrani jweġġa’ wara li waqa’ f’shaft

Barrani weġġa’ wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs f’shaft, f’sit ta’ kostruzzjoni, fil-Fgura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.55pm fi Triq il-Karmnu, hekk kif hu mifhum li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fis-sit.

Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku, li ħa lill-barrani l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.