Riżultat diżappuntanti ieħor għal Napoli b’telfa ta’ 2-0 fi Stadio San Paolo kontra Fiorentina. Din it-telfa kienet ir-raba’ waħda fl-aħħar ħames logħbiet għan-Naplitani taħt it-tmexxija ta’ Gennaro Gattuso, xhieda ċara li l-affarijiet marru agħar wara t-tkeċċija ta’ Carlo Ancelotti.
Fiorentina fuq in-naħa l-oħra, kisbu seba’ punti minn tliet punti taħt il-kowċ il-ġdid Beppe Iachini u b’din ir-rebħa laħqu saħansitra lil Napoli f’nofs il-klassifika. Il-Viola fetħu l-iskor fis-26 minuta b’konklużjoni fil-baxx ta’ FEDERICO CHIESA u ftit minuti wara kellhom gowl ta’ Patrick Cutrone ġustament imħassar għal offside. Kien DUSAN VLAHOVIC li fl-74 minuta rdoppja b’xutt sabiħ għar-rokna.
Sassuolo dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Torino 2-1. Awto-gowl ta’ Manuel Locatelli poġġa lil Torino fil-vantaġġ wara 20 minuta. Dawn it-tliet punti għenu lil Sassuolo jitbiegħdu ftit miż-żona tar-relegazzjoni filwaqt li Torino naqsu li jitilgħu fis-sitt post. JEREMIE BOGA ġab id-draw fil-61 minuta b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa u DOMENICO BERARDI skorja l-gowl tar-rebħa fit-73 minuta b’konklużjoni mill-kaxxa.
//= $special ?>