Mir-Rebbiegħa li ġejja, il-Prinċep Harry u martu Meghan Marckle mhux se jkollhom aktar aċċess għall-fondi rjali.
Huma qalu wkoll li se jkunu qed jagħtu lura it-2.4 miljun lira sterlina li nefqu mit-taxxi tal-poplu fuq xogħlijiet fuq id-dar tagħhom f’Berkshire
Harry u Meghan se jibdew jissejħu id-Duka u id-Dukessa ta’ Susses, minkejja li Harry jibqa’ Prinċep.
L-aħbar ġiet wara li ġew fi tmiemhom diskusskonijiet bejn il-koppja u r-Reġina Eliżabetta t-Tieni.
Fi stqarrija, il-palazz irjali qal li d-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex huma grait lejn ir-Reġina u l-familja rjali kollha tas-sostenn li tawhom hekk kif bdew dan il-kapitlu ġdid f’ħajjithom

Hekk kif miftiehem fl-aħħar ħin, huma jifhmu li issa huwa mistenni minnhom li jirtiraw minn dmirijiet irjali. Huma mhux se jkunu qed jirċievu aktar fondi pubbliċi.
//= $special ?>