Fi tmiem il-ġimgħa jkompli d-dwell għar-rebħ tal-kampjonat bejn Juventus, Inter u Lazio. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Juventus rebħu 2-0 kontra Roma filwaqt li Inter spiċċaw 1-1 kontra Atalanta, b’Lazio jegħlbu l-isfida ta’ Napoli bl-iskor ta’ 1-0. B’hekk fil-klassifika, Juventus għandhom 48 punt, tnejn aktar minn Inter, b’Lazio fit-tielet post bi 42 punt iżda b’logħba anqas.
Juventus ġejjin minn rebħa ta’ 4-0 kontra Udinese fil-Coppa Italia fost il-ġimgħa. Il-Bianconeri jibdew favoriti li jirbħu l-konfront kontra Parma, iżda fl-aħħar konfront tal-Emiliani fl-Allianz Stadium, Parma kien irnexxielhom jispiċċaw fi draw ta’ 3-3. L-għan prinċipali tat-tim ta’ Roberto D’Aversa, jibqa’ dak li jsalvaw posthom, iżda fil-preżent jinsabu fis-seba’ post bi 28 punt.
Inter bħal Juventus, ġejjin minn rebħa kbira ta’ 4-1 kontra Cagliari fil-Coppa Italia. Antonio Conte se jkun qed ifittex li t-tim jirkupra fil-kampjonat wara d-draw missielet kontra Atalanta, b’konfront li fuq il-karta jidher favorevoli kontra Lecce. Fl-ewwel ħarġa tal-kampjonat, Inter kienu kisbu rebħa faċli ta’ 4-0. Lecce għaddejjin minn perjodu negattiv fil-kampjonat hekk kif it-tim ta’ Fabio Liverani ġej minn erba’ telfiet konsekuttivi, bl-aħħar rebħa tmur lura għat-30 ta’ Novembru kontra Fiorentina.
Jekk hemm tim li jinsab fl-aqwa forma tiegħu, żgur hu Lazio. It-tim immexxi minn Simone Inzaghi ġej minn għaxar rebħiet konsekuttivi fil-kampjonat, rebħa fost il-ġimgħa kontra Cremonese fil-Coppa Italia u r-rebħ tas-Supercoppa Italiana. Id-dwell kontra Sampdoria fi Stadio Olimpico jġedded memorji pożittiv għall-Biancocelesti, hekk kif ilhom minn April tal-2016 ma jkunu megħluba minn Sampdoria. Il-Blucerchiati ta’ Claudio Ranieri kisbu seba’ punti fl-aħħar erba’ logħbiet u bihom ħarġuhom miż-żona tar-relegazzjoni.
Serie A
Illum: Lazio v Sampdoria 3.00pm, Sassuolo v Torino 6.00pm, Napoli v Fiorentina 8.45pm,Għada: Milan v Udinese 12.30pm, Bologna v Verona 3.00pm, Brescia v Cagliari 3.00pm, Lecce v Inter 3.00pm, Genoa v Roma 6.00pm, Juventus v Parma 8.45pm,It-Tnejn: Atalanta v Spal 8.45pm
//= $special ?>