Lokali Parlament

Il-PM mistenni jwieġeb fil-parlament fi ftit minuti dwar Justyne Caruana

Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne għadu kif indika fil-parlament li fl-ewwel diskors tiegħu fil-parlament ftit minuti oħra l-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed iwieġeb jekk il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana irriżenjatx jew hux se tirriżenja.

Din id-dikjarazzjoni għamilha d-deputat Prim Ministru Chris Fearne meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tal-Viċi-Kap tal-PN David Agius dalgħodu.

Il-pożizzjoni tal-Ministru għal Għawdex kienet f’kontroversja kbira fl-aħħar siegħat wara kien żveat lir-raġel tagħha, l-ex uffiċjal tal-Pulizija Silvio Valletta siefer ma’ Yorgen Fenech, l-akkużat fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, meta diġà kien indikat li Fenech qed ikun investigat f’involviment fil-qtil.

Fil-parlament dalgħodu wkoll ħa l-ġurament tal-ħatra d-deputat Laburista ġdid Jean Claude Micallef li fl-ewwel intervent tiegħu qal li bil-ħidma tal-Ispeaker il-parlament tqarrab iktar lejn il-poplu Malti u sostna li għalih dan mhux vjaġġ politiku iżda vjaġġ parlamentari. Hu kompla li se jkun qed jaħdem għall-ġid tal-poplu Malti flimkien mad-deputati. Jean Claude Micallef rringrazzja lil dawk li emmnu u awgura li jaħdem mal-Prim Ministru u mal-Gvern għall-ġid tal-poplu Malti. Jean Claude Micallef kienet elett flok l-ex Ministru Helena Dalli.