Kultura Lokali Mużika

Jirrankaw il-preparamenti għall-Qormi Music Festival

Fadal biss erba’ xhur għal dak li mistenni jkun wieħed mill-aktar avvenimenti li se jkun qed jiġbed interess speċjali matul din is-sena; l-ewwel edizzjoni tal-Qormi Music Festival.

Dan l-ispettaklu mużikali se jkun qed joffri pjattaforma għall-aqwa talent lokali, filwaqt li fiha se naraw kunċert mill-aqwa minn isem internazzjonali li se jitħabbar fil-jiem li ġejjin.

Il-Qormi Music Festival se jkun qed itwassal mill-istess tim ta’ nies li fis-snin passati organizzaw edizzjonijiet varji tal Qormi Wine Festival u dik li kienet tissejjaħ il-Malta SpringFest. Dawn huma kollha avvenimenti ta’ ċertu portata, li dejjem ġibdu folol kbar lejn il-Belt Pinto.

L-organizzaturi qed jgħidu li l-festival mużikali tat-23 ta’ Mejju li ġej se jibni fuq l-esperjenza li diġa’ għandu l-kumitat organizzattiv, għalkemm il-Qormi Music Festival se jkun qed isir f’venue ġdid u b’kunċett ġdid.