Futbol Sport

Lazio jiksbu l-11-il rebħa konsekuttiva fis-Serie A

(Ritratt: EPA)

Lazio komplew il-forma pożittiva meta għelbu lil Sampdoria 5-1 fi Stadio Olimpico u kisbu l-11-il rebħa konsekuttiva fis-Serie A. FELIPE CAICEDO fetaħ l-iskor wara seba’ minuti minn rebound, b’CIRO IMMOBILE jirdoppja minn penalty fis-17-il minuta. L-istess IMMOBILE prattikament għalaq il-logħba tliet minuti wara bit-22 gowl tal-kampjonat.

Il-vantaġġ kompla jikber fl-54 minuta b’xutt minn qagħda ideali ta’ BARTOLOMEU QUISSANGA, b’CIRO IMMOBILE jgħaqqad it-tripletta personali fil-65 minuta minn penalty. KAROL LINETTY naqqas id-distakk ħames minuti wara b’xutt fil-baxx.