Sport Sport Ieħor

Dayenne Lane bl-ewwel suċċess fil-Premier fl-ewwel laqgħa tal-istaġun

(Ritratt: Malta Trot Racing)

Rapport: Kenneth Vella

Fil-korsa tal-Marsa, ilbieraħ waranofsinhar ingħata l-bidu għall-istaġun 2020 bl-ewwel laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m. Minn dawn spikkat l-aktar tiġrija tal-aqwa klassi Premier u li ntrebħet mill-Olandiża Dayenne Lane.

Sittax-il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija tal-aqwa klassi. Kien il-Franċiż Vic De La Ferme (Ivan Stivala) li beda l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir mill-ġdid Vivoli (Marvin Cauchi) u Global Oracle (Noel Baldacchino). Madankollu ż-żiemel ta’ Stivala beda jnaqqas mill-pass fl-aħħar metri meta nqabeż minn Dayenne Lane (Carmelo Farrugia) li ħadet l-ewwel rebħa f’pajjiżna minn Global Oracle (Noel Baldacchino) u Vivoli. Żiemel ieħor ġdid, Sapajou (George Grech) temm warajhom f’dik l-ordni.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Amazing Sun (R. Magro) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Verseau d’Anpierre (J. Scerri) 3. Enjos TS (S. Vassallo) 4. Feline Pan (M.Ellul)

II Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Elegant Du Pont (C. Degiorgio) Ħin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Dream Team Story (C. Gerada) 3. Brime Du Chene (J. Agius) 4. Rossi Dream (P. Galea)

III Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. James Bond (M. Ellul) Ħin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Anterior Express (P. Galea) 3. Danube De Bootz (K. Saliba) 4. Too Cool To Care (C. Camilleri)

IV Tiġrija Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Vieux Lille (E. Bezzina) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Largo Launcher (D. Grima) 3. Aigle Du Clos (B. Debono) 4. Mundus L.N. (C. Camilleri)

V Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Aravis Roc (R. Gatt) Ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Bello Du Tillet (M. Ellul) 3. Corky Ramirez (P. Galea) 4. Aragorn De Buliere (A. Farrugia)

VI Tiġrija Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Campeone Vas (M. Farrugia) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. U. Two Swing (S. Cassar) 3. Voici A La Bruyere (M. Ellul) 4. Neverendingdream (R. Gatt)

VII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Dayenne Lane (C. Farrugia) Ħin – 2.40.5” (1.15”) 2. Global Oracle (N. Baldacchino) 3. Vivoli (M. Cauchi) 4. Sapajou (G. Grech)

VIII Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Made Ave Maria (C. Refalo) Ħin – 2.44” (1.16.6”) 2. Sitka Rod (T. Demanuele) 3. Dryade Boko (A. Farrugia) 4. Tenor Du Passage (B. Hili)