Lokali

Il-11-il edizzjoni ta’ Festa Ċitru

F’temp mill-isbaħ għal dan iż-żmien tas-sena, l-Ħadd numru kbir ta’ nies żaru l-ġonna ta’ San Anton f’Ħ’Attard għal Festa Ċitru.

Waqt il-Festa tac-Citru il-pubbliku kellu l-opportunità li jixtri ikel u ħelu magħmul mill-frott taċ-ċitru li jikber fil-Palazz ta’ Sant’ Anton, u msajjar fil-Kċina tal-Palazz.

Preżenti għal din il-festa kien hemm il-President ta’ Malta, George Vella li kellu l-okkażjoni jitkellem ma’ dawk preżenti.

F’din il-Festa Ċitru spikkaw it-tfal li ta’ kull sena flimkien mal-familjari tagħhom, jattendu bi ħġarhom għal dawn it-tip ta’ attivitajiet.

Fil-ġonna tal-Palazz tal-President f’Ħ’Attard hemm aktar minn 500 siġra taċ-ċitru li bil-frott li jipproduċu jsiru diversi prodotti li kienu għall-bejgħ waqt il-Festa taċ-Ċitru ta’ din is-sena. Matul il-ġurnata tal-Ħadd kien hemm għall-bejgħ ukoll il-ktieb Tisjir mill-Qalb bil-fondi kollha li nġabru se jmorru b’risq il-Malta Community Chest Fund.