Sport

Il-programm Sport Extra tal-lum dedikat għat-Taekwando

Illum fil-4.50pm fuq Net Television jixxandar l-14-il programm Sport Extra. It-tema ewlenija se tkun it-taekwando kemm fuq livell nazzjonali u internazzjonali. Din il-ġimgħa, Charles Camenzuli flimkien mal-cameraperson Steve Psaila, żaru ċ-ċentru ta’ taħriġ ta’ St. Venera Taekwando Club.

Intervisti mal-head coach tal-klabb Brian Saliba kif ukoll mal-kowċ tas-selezzjoni nazzjonali Gianluca Barbara. It-telespettaturi se jkollhom iċ-ċans isegwu sessjoni ta’ taħriġ ta’ uħud mill-atleti fi ħdan il-klabb fosthom Thomas Govus, Ailise Williams u Andrei Vamanu, atleti żgħażagħ li ġew ukoll intervistati għal programm.

Fit-tieni parti tal-programm, l-intervista prinċipali hi ma’ Kenneth Schunken li hu d-direttur ġenerali tal-konfederazzjoni Taekwando Europe fejn miegħu ġew diskussi bosta aspetti, fosthom l-iżvilupp li seħħ u għad irid iseħħ, kif ukoll it-taekwando fi proġetti għaż-żgħażagħ.

Sport Extra għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli, b’filmati minn Steve Psaila u Bernie Dimech u muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri.