Lokali Saħħa

Jane Somerville – Pijuniera fil-mard tal-qalb konġenitali

Bħalissa f’pajjiżna hawn dik li hi meqjusa bhala l-pijuniera fil-mard tal-qalb konġenitali… il-Professur Jane Somerville.

Somerville ghamlet ħafna kisbiet matul il-karriera tagħha bħala kardjologu ewlieni fid-dinja. Kienet waħda mill-ewwel li specjalizzat fil-kundizzjoni tal-mard tal-qalb konġenitali.

Iltqajna mal-Professur Somerville hekk kif bħalissa tinsab fi btala qasira ġewwa pajjiżna. Staqsejniha ghaliex għażlet li ssir kardjologu.

Somerville spejalizzat f’dik li hi magħrufa bħala GUCH (grown ups with congenital heart disease).

Wara ħafna snin ta‘ xogħol fil-kirurġija, ġiet magħżula bħala l-ewwel mara li saret ‘reġistrar’ meta ġiet appuntata f’din il-pożizzjoni fil-Guys Hospital ta’ Londra fl-1959. Din il-pożizzjoni tatha ċ-ċans li taħdem fuq xogħol innovattiv f’dan il-qasam.

Somerville kellmitna dwar l-esperjenza tagħha meta lura fl-1968 hija kienet magħżula bħala kardjoloġista fl-ewwel trapjant tal-qalb.

Illum, tmienja minn kull għaxart itrabi li jiġu dijanjostikati b’mard konġenitali tal-qalb jibqgħu ħajjin u jistgħu jgħixu tul ta’ ħajja normali, iżda x-xogħol ma jiqafx hawn.

Jane Somerville waqfet id-dipartment tal-GUCH f’Mater Dei li huwa mmexxi mill-Professur Victor Grech u mit-Tabiba Maryanne Caruana.

Għalkemm illum hija ritrata… il-Professur Jane Somerville qed tkompli tivvjaġġa madwar id dinja biex tgħallem lil ħaddieħor f’dan il-qasam tant importanti.