Sport Sport Ieħor

Gauff terġa’ tirbaħ kontra Venus Williams din id-darba fl-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

L-Amerikana Cori Gauff ikkonfermat li r-rebħa tas-sena l-oħra kontra Venus Williams ma kinitx b’kumbinazzjoni. Iż-żagħżugħa reġgħet għelbet lis-seba’ darbiet rebbieħa ta’ Grand Slam biex għaddiet għat-tieni rawnd tal-Open tal-Awstralja.

Gauff  kienet għelbet lil Williams f’Lulju li għadda fl-ewwel rawnd ta’ Wimbledon. Din id-darba, hi rebħet kontra t-tennista ta’ 39 sena, 7-6, 6-3. Iċ-ċelebrazzjoni tagħha damet ftit ma bdiet minħabba li ma ndunatx li l-punt finali ngħata lilha.

“Kienet diffiċli ħafna. Hi lagħbet tajjeb u kont nervuż ħafna għal-logħba. Kont ftit maħsuda meta rajt il-polza imma kuntenta li rnexxieli ngħaddi. Inħossni tajba. Il-court u n-nies veru jogħġbuni,” qalet Gauff wara d-debutt fl-Open tal-Awstralja. Fir-rawnd li jmiss tilgħab kontra r-Rumena Sorana Cirstea.