Il-Prim Ministru Robert Abela għandu jindirizza l-isfidi kbar li ghandu quddiemu sabiex isaħħaħ l-istituzzjonijiet tal-Istat u r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, kif ukoll jerġa’ jgħaqqad nazzjon li llum huwa mifrud.
Sostniet dan il-Kamra tal-Periti li fi stqarrija ħeġġet lil Abela biex ma jżommx lura milli jintroduċi riformi meħtieġa fl-istituzzjonijiet tal-pajjiż li huma xierqa għal nazzjon ċivilizzat, żviluppat u rispettat.
Il-Kamra tal-Periti tassoċja ruħha mal-aspettattivi ta’ diversi għaqdiet ta’ professjonisti, korpi kostitwiti u diversi setturi oħrajn li t-tmexxija ta’ Robert Abela tiżgura li tiddaħħal l-onesta’ fil-mod kif issir il-politika f’Malta fil-livelli kollha, b’persuni ta’ integrita’ li jiġu fdati bit-tmexxija tal-istituzzjonijiet tal-Istat.
Il-Kamra tal-Periti appoġġjat id-deċiżjoni li l-Ippjanar, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima jingħaqdu f’dekasteru wieħed, kif ukoll it-twaqqif ta’ dekasteru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bir-responsabbilta’ għall-iżvilupp sostenibbli.L-istqarrija ttemm li għal dawn l-aħħar 100 sena, il-Kamr tal-Periti kienet fdata mill-Istat sabiex tiżgura progress u l-integrita’ tal-professjoni u l-Kunsill huwa kommess li jiżgura li l-membri jżommu dejjemm livelli etiċi għoljin li jiġu riflessi fl-industrija kollha tal-kostruzzjoni.
//= $special ?>
