Ambjent Lokali

Inizjattiva ta’ RE/MAX b’rabta mat-tibdil fil-klima

L-Awstralja, li hi famuża għall-bajjiet u z-zoni naturali, ilha minn Settembru tikkumbatti l-bushfires, bin-nirien qalb l-aħrax joqtlu 29 persuna u miljuni tal-annimali. Dan waqt li nqerdu fil-fjammi ‘il fuq minn 2,500 dar, wara li n-nirien mifruxa koprew żona tal-pajjiż li kien fiha daqs terz mid-daqs tal-Ġermanja.

Għal din ir-raġuni, il-kumpanija RE/MAX Malta ħarġet bl-inizjattiva li tagħti xi ħaġa lura lill-pjaneta tagħna li kawża tal-bidla fil-klima tinsab f’riskju.

RE/MAX & Friends Foundation bagħtu donazzjoni ta’ €5000 lis-servizzi tan-nar Awstraljani biex jgħinuhom.

Il-kumpanija nediet ukoll filmat promozzjonali biex tqajjem kuxjenza u qed tinkoraġġixxi lill-popolazzjoni Maltija tieħu azzjoni flimkien bħala pajjiż.

Il-filmat tant mar tajjeb u laħaq l-għanijiet tiegħu li l-kumpanija RE/MAX Europe ddeċidew li wkoll jibgħatu €5,000 addizzjonali għal din il-kawża ġusta.