Futbol Sport

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal bi draw kontra l-Bulgarija f’partita ta’ ħbiberija

It-tim nazzjonali Malti lagħab l-ewwel partita ta’ ħbiberija minn tnejn kontra l-Bulgarija, fl-ewwel logħba taħt it-tmexxija tal-kowċ Zeljko Anicic. It-tim Malti jilgħab it-tieni logħba llejla fis-7.00pm fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport.

It-tim Malti temm fi draw ta’ 2-2, bil-plejer ta’ Luxol Andy Mangion jagħti vantaġġ lit-tim Malti qabel il-veteran Boycho Marev għeleb lil Brandon Debono u ġab id-draw. Fit-tieni taqsima, Aleksey Stepanov poġġa lit-tim Bulgaru fil-vantaġġ iżda lejn nofs it-taqsima Dylan Musu ġab id-draw minn penalty.

Dawn il-logħbiet qed iservu bħala preparazzjoni għall-impenji minn Grupp Ċ mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew li t-tim nazzjonali Malti għandu kontra l-Polonja, l-Iżvezja u l-Greċja.