Dalgħodu ħa l-ġurament tal-ħatra tiegħu d-deputat Laburista Jean Claude Micallef, illi ħa post l-eks Ministru Helena Dalli – li issa qed isservi bħala Kummissarju Ewropew.
Jean Claude Micallef li għandu 32 sena ħa l-ġurament tiegħu bħala deputat fil-Kamra tar-Rappreżentanti fil-bidu tas-Seduta tal-lum. Hu ġie elett f’elezzjoni Każwali fit-Tielet Distrett.
Il-Prim Ministru Robert Abela ma kienx preżenti għall-ġurament ta’ Jean Claude Micallef.
F’diskors qasir, Micallef qal li jinsab eċitat li se jaħdem fil-Parlament.
Id-deputat laburista qal li hu se jibda vjaġġ flimkien ma’ uċuh familjari, filwaqt li jħares ‘il quddiem biex iwettaq ħidma fejjieda.
//= $special ?>