Lokali Parlament

Jerġa’ jiltaqa l-parlament… se jitkellmu l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni

Il-bini tal-Parlament

Il-Parlament se jibda jiltaqa’ fl-ewwel seduta plenarja tiegħu dalgħodu fid-9 am wara l-aġġornament rekord għall-vaganzi rekord tal-Milied kif stipulati mill-Gvern Laburista. F’din is-seduta se jitkellmu l-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

Qabel is-seduta plenarja li se tibda’ dalgħodu, iltaqa’ l-Kumitat għax-Xogħol tal-Kamra, li jiddiskuti l-aġenda tal-Gvern għall-ġimgħat li ġejjin. Normalment dan il-Kumitat jiltaqa’ ġranet qabel is-seduti plenarja iżda minħabba l-kriżi tal-Gvern Laburista li fiha rriżenja l-Prim Ministru Joseph Muscat, dan il-kumitat iltaqa’ siegħa biss qabel tibda’ s-seduta.

Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri u ex Whip tal-Gvern qal li l-gvern se jressaq proposta kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija quddiem il-Kabinett u wara din titressaq fil-parlament għad-diskussjoni. Fil-jiem li ġejjin se jsir l-ewwel qari ta’ din il-proposta biex din titressaq fil-parlament qabel l-abbozzi l-oħra li għandu l-gvern.

Byron Camilleri sostna li l-parlament se jibqa’ jiltaqa’ fl-4 pm iżda jekk is-sigurtà tal-membri tal-parlment tkun mhedda, l-parlament jibda jiltaqa’ fid-9 a.m.